Jn 16:23b-28 -- Ask my Father in my name - Il-Missier iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu.
--- The Father loves you for loving me and believing that I came from God ---
SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 6 OF EASTERTIDE - BEFORE ASCENSION SUNDAY ---
Evanġelju
Il-Missier iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu.
Ġw 16, 23b-28
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Ġw:16:23] Tassew tassew ngħidilkom, kull ma titolbu lil Missieri f'ismi jagħtihulkom. [Ġw:16:24] Sa issa ma tlabtu xejn f'ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. [Ġw:16:25] "Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier. [Ġw:16:26] Dakinhar intom titolbu f'ismi, u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom, [Ġw:16:27] għax il-Missier stess iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla. [Ġw:16:28] Ħriġt mingħand il-Missier u ġejt fid-dinja. Se nerġa' nħalli d-dinja u mmur għand il-Missier."
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.